Vettura tat-testijiet tal-covid Mobile unit for covid testing
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal VETTURA TAT-TESTIJIET TAL-COVID għandha tlett partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal MAR. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares lejn il-ġenb u l-id timxi dritt ’il quddiem. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal SWAB b’id waħda forma ta’ X bil-pala tħares ’il ġewwa quddiem il-parti t’isfel tal-wiċċ. Imbagħad l-id iddur ftit lura u laġenba biex il-pala tiġi tħares ’il barra ħdejn il-wiċċ. (iii) Fl-aħħar is-sinjal għal TEST isir b’id waħda forma ta’ L bil-pala tħares ’il ġewwa. Il-werrej igħaddi ħafif fuq il-ġbin u kif joħroġ mal-ġenb tar-ras jingħalaq fil-forma ta’ T.
The sign for MOBILE UNIT FOR COVID TESTING has three parts. (i) First, the sign for GO is made. One hand takes the shape of 5 with the palm facing the side. The hand then moves straight forward. (ii) Then the sign for SWAB is made with one hand in the shape of X with the palm facing inwards in front of the lower face. The hand then turns slightly backwards and to the side so that the palm faces outwards near the face. (iii) Then the sign for TEST is made with one hand in the shape of L with palm facing inwards. The index finger touches the forehead lightly as it moves along it and as soon as it moves beside the head forms the shape of T.